Qaċċtu, qaċċtu.
Tellgħu blokka, tellgħu tnejn.
U mill-flus li tagħmel minnhom,
Siġra nieqsa mhux nieqs’ għalxejn.

Tellgħu, tellgħu.
Pruvaw ilħqu s-smewwiet.
U xħin tkunu hemm fuq araw naqra,
Kemm dil-gżira rat bidliet.

Ikru, ikru.
Daħħlu sold u żewg xelini.
Iċċelebraw, ixorbu w’ kulu,
B’ikla tajba u xi grokk ‘Martini’.

Oqtlu, oqtlu.
Tħallux ħdura,
Tħallux traċċa ta’ natura.

Mutu, mutu.
Ħudu l-flus magħkom.
Żommu dal-qtil fuq il-kuxjenza tagħkom.


Ara wkoll:

Lovin Malta | ‘Qaċċtu, Tellgħu, Ikru, Oqtlu, Mutu’: 14-Year-Old Maltese Boy’s Poem Goes Hard On Island’s Development
Newsbook.com.mt | Malti ta’ 14-il sena b’messaġġ għall-iżviluppaturi