F’Triq San Tumas, fit-tarf tagħha,
Lill-vara int kont tilqagħha.

Karti jtiru; xi pjaċir.
Nies jgħajjtu: “Viva, Viva l-Kbir!”

Illum inħoss diqa ġo fija;
Għalhekk ktibt din l-eleġija.

“Qabad l-Ark!” – xi tgeġwiġija;
“X’ġara? X’ġara?”, il-mistoqsija.

Qalb dak in-nar infernali,
Għeb fix-xejn l-Ark Trijonfali.