L-abbuż tal-poter kapaċi jeqred poplu, jumiljah u jwaqqgħu għaċ-ċajt mad-dinja kollha. F'pajjiżna, hekk ġara. Kemm-il darba dawk fl-għola pożizzjonijiet użawna u qasmuna - aħmar u blu... minn wara darna - fis-skiet...

Uffiċji magħluqa
sigrieti maħnuqa
komplotti, pjanijiet
kollox għaddej – fis-skiet
‘il bogħod minn kull inkwiet.
Donnu hawn epidemija
katina ta’ korruzzjoni
fejn min jaħsel l-aktar flejjes
jagħtuh l-ogħla pożizzjoni.
Jipprovaw iżommuk sieket
tara x’tara, tibqa’ ħiemed
dan għaddej taħt xemx Maltija
ġo din id-demokrazija.
“Sitwazzjoni ddisprata”
mal-ħazin it-tajjeb bata
għalkemm lilhom aħna fdajna
lil pajjiżna jbati rajna
imsieken dawk ta’ warajna.