Bil-Malti …

Jiena Bradley, għandi pjaċir. Nistudja l-Malti (bħalissa qed nagħmel M.A.) u naħdem fl-oqsma tat-teatru, televiżjoni, radju, midja soċjali, kitba, riċerka, u fi proġetti komunitarji. Naħdem ukoll mat-tfal, maż-żgħażagħ, u ma’ għadd ta’ organizzazzjonijiet volontarji u nongovernattivi.

Kull opportunità li ġietni jien u nikber ħtaftha, u b’hekk illum inħoss li rawwimt sett sabiħ ta’ ħiliet kreattivi u amministrattivi li permezz tagħhom nista’ nagħmel ix-xogħol (jew aħjar, xogħlijiet) li qed nagħmel.

Tliet kelmiet li jiġbru l-ħidma tiegħi: kultura, kreattività, komunità.

Dan is-sit huwa blogg u portafoll; post li jippermettielkom taqrawni u taraw x’qed nivvinta bħalissa. Huwa wkoll stedina għal kull min jixtieq jikkollabora fuq xi proġett speċjali.

Merħba bikom!

In English …

I’m Bradley, pleasure to meet you. I’m studying Maltese (currently reading for an M.A.) and I work across theatre, television, radio, social media, writing, research, and community projects. I also work with children, young people, and a range of voluntary and non-governmental organisations.

Along the way, I’ve embraced every opportunity that came my way, building a mix of creative and organisational skills that allow me to take on the diverse projects I do today.

Three words sum up my work: culture, creativity, community.

This site is both a blog and a portfolio – a space to share my work, explore what I’m currently creating, and invite collaboration on meaningful projects.

Welcome!